Wednesday, April 24, 2024

Pietá H. jaħsdu lil Gudja U. u jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun

Aqra wkoll

Pietá H……………….3

Gudja U……………..1

Pietá Hotspurs ħasdu lil Gudja United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun.

Wara biss ftit sekondi, Kian Leonardi twaqqa’ fil-kaxxa minn Karl Micallef, bir-referre Andrea Sciriha, jordna penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu, ARMEN HOVHANNISYAN, li ma żbaljax.

Iżda Pietá, ftit li xejn damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif fl-14-il minuta Gudja ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross fil-baxx, TATSURO NAGAMATSU, tefa’ ġewwa.

Fit-28 minuta, Pietá, repgħu qalbu l-iskor favurihom meta ABRAHAM TEMITOPE minn pożizzjoni ideali u b’xamma kbira għall-goal, tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit.

Fis-57 minuta, Jean Bugeja, tilef ċans tad-deheb li jġib l-iskor indaqs għal Gudja meta xutt tiegħu mid-distanża stampa mal-wieqfa, bil-player żagħżugħ ta’ Pietá, Reeves Cini, megħlub għal kolllox.

Fil-85 minuta, Pietá, issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal meta s-sostitut Takuma Yamuguchi qabeż tajjeb żewġ difesnuri ta’ Gudja, għadda lejn ARMEN HOVHANNISYAN li għeleb lil Zammit permezz ta’ xutt fil-baxx.

Pietá H.: 1-Reeves Cini, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Ojo Temitope, 6-Daniel Zerafa, 7-Jake Ghio, 9-Armen Hovhannisyan (47-Gabriel Xuereb 90), 10-Kian Leonardi (99-Takuma Yamaguchi 66), 17-Kurt Briffa, 21-Kaydon Catania (18-Ivin Farrugia 62), 22-Zean Leonardi Coach: Rodney Bugeja

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 8-Tatsuro Nagamatsu, 9-Vito Plut, 11-Shaisen Attard, 13-James Arthur, 17-Karl Micallef, 21-Joseph Attard (92-Jean Claude Bugeja 55), 22-Hubert Vella (7-John Mintoff 46), Samuel Gomes Da Mata (99-Divaio Irisio Kolf 86), Farid Romero Zuniga Coach: Andrea Agostinelli

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Luke Portelli, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: A. Hovhannisyan 2, 85, A. Temitope 28 (P), T. Nagamatsu 15 (G)

Ammoniti: O. Temitope, K. Micallef (G)

Player tal-Logħba: Abraham Temitope (Pietá H)

Sport