Thursday, April 18, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Mara weġġgħet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex. 

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li mara ta’ 39 sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex kienet intlaqtet minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Għajnsielem. 

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm hija setgħet tittieħdet lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport