Thursday, March 28, 2024

It-tielet rebħa nfila għal Akela Play fil-finali Gold

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Charles Camilleri, it-Taljan Akela Play rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m u li għamlet parti mill-ħdax -il laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. 

Tnax -il żiemel ipparteċipaw fil-finali Gold. Il-kwotat u favorit Akela Play (Charles Camilleri) żied fil-ġiri fl-aħħar metri biex akkwista t-tielet rebħa konsekuttiva u tal-istaġun minn Casper Trot (Rodney Gatt) u Everest Dodville (Redent Magro). Caid Sly (Ludvic Ghigo) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Intant ir-rebbieħ kellu medja tajba ferm ta’ 1.13.8” fil-kilometru.   

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Henzo De Perthuis (R. Gatt) Ħin – 3.27.1” (1.18.5”) 2. Extreme Erca (J. Gafa’) 3. Cocktail Leman (C. Mifsud) 4. Goldwyn Du Bocage (R. Mallia)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gamin d’Hawaye (R. Gatt) Ħin – 3.28.2” (1.18.9”) 2. High Handed (C. Camilleri) 3. Khali Magdalon (M. Ellul) 4. Let It Be Me Tooma (N. Baldacchino)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Diamant Du Rouel (J. Gafa’) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Chene De Landisaq (N. Baldacchino) 3. Ciroco D’Auvillier (H. Mc Kay) 4. Drop Viervil (A. Farrugia)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin 3.21.5” (1.16.3”) 2. Thypaeus Face (R. Gatt) 3. Everton De Vandel (C. Calleja) 4. Global Tuxedo (R. Magro)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dandy De Betton (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Dream Du Chatault (C. Vassallo) 3. Dream Turgot (J. C. Pace) 4. Casino d’Ourville (R. Gatt)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Prinsen One (M. Farrugia) Ħin – 3.24.6” (1.17.5”) 2. Bicetre (C. Calleja) 3. Five O’Clock (P. Galea) 4. Once For All Face (B. Ħili)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Jadore Sugar (D. Cortis) Ħin – 3.29.3” (1.19.3”) 2. Go Without ID (R. Gatt) 3. Bottarus (J. Farrugia) 4. Crack De Bas (Cherise Farrugia(

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Akela Play (C. Camilleri) Ħin – 2.28” (1.13.8”) 2. Casper Trot (R. Gatt) 3. Everest Dotville (R. Magro) 4. Caid Sly (L. Ghigo)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) Ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Abricot Du Bougey (C. Vassallo) 3. Durga De Valerins (Cherise Farrugia) 4. Elliot Du Louvet (R. Magro)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Lajos Euro (P. Galea) Ħin – 3.26.5” (1.18.2”) 2. Mhona’s Sister (R. Gatt) 3. Faon De La Vitard (J. Gafa’) 4. Vivoli (M. Cauchi) 

Ekonomija

Sport