Thursday, September 4, 2025

Marc Guehi jiċħad kuntratt ġdid ma’ Crystal Palace

Aqra wkoll

Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi, Marc Guehi qal b’mod ċar lil Crystal Palace li ma jixtieqx jiffirma l-kuntratt tiegħu f’Selhurst Park u li jippjana li jħalli l-klabb b’xejn is-sajf li ġej. L-internazzjonali Ingliż baqa’ frustrat minħabba li l-mossa ta’ ħolm tiegħu lejn Liverpool sfaxxat, hekk kif il-ftehim waqaf fl-aħħar minuta tal-ġurnata tat-trasferimenti.

B’hekk għalissa Guehi se jkollu jibqa’ mal-Eagles fejn ċertament mhux se jkun għal qalbu u fejn jittama li għallinqas jekk ma jitlaqx f’Jannar b’self ma’ xi klabb, jibda avventura ġdida bħal-lum sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport