Tuesday, October 27, 2026
Home Sport Marco Amelia sospiż xahrejn wara inċidenti li seħħew lejn tmiem il-konfront tal-VBET...

Marco Amelia sospiż xahrejn wara inċidenti li seħħew lejn tmiem il-konfront tal-VBET Malta Premier kontra Valletta

0
64

Il-kowċ ta’ Hamrun Spartans, Marco Amelia, ġie sospiż xahrejn wara inċidenti li seħħew lejn tmiem il-konfront tal-VBET Malta Premier kontra Valletta, nhar il-Ħadd li għadda.

Amelia ġie sospiż ukoll għal żewġ logħbiet wara li tkeċċa fl-istess konfront.

Zachary Grech u Gabriel Santos (Balzan), Gabriel Costa (Birżebbuġa), Jake Grech (Hamrun), Alexander Satariano (Sliema) u Jake Micallef (Ħaż-Żabbar) ġew kollha sospiżi logħba waħda, u għalhekk se jitilfu l-aħħar logħba tal-fażi tal-kampjonat fl-Opening Round.

Fil-BOV Challenge League, Paul Fenech u Thiago Nonato (Victoria) ġew sospiżi għal logħba waħda; filwaqt li fil-BOV National Cup, Taiwo David Akindele (Kalkara) ġie sospiż għal tliet logħbiet, u Miguel Galea (Marsa) flimkien ma’ Salem Ayinde Adeyemi (Żejtun) ġew sospiżi logħba waħda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here