Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-17-il sena (U17), Wayne Attard, ħabbar skwadra ta’ 20 plejer għall-logħbiet li ġejjin ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-UEFA tan-Nisa ta’ taħt is-17-il sena.
It-tim se jilgħab żewġ partiti fi spazju ta’ ftit jiem, kontra s-Serbja u l-Bożnja-Ħerzegovina; iż-żewġ logħbiet se jsiru fiċ-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.
Fl-ewwel konfront, Malta se tiffaċċja lis-Serbja fid-29 ta’ Ottubru 2026, bil-logħba tibda fin-12.30pm. Wara dan, se jkun hemm logħba oħra fl-4 ta’ Novembru 2026, din id-darba kontra l-Bożnja-Herzegovina, li tibda wkoll fin-12.30pm.
Dawn iż-żewġ partiti se jkunu opportunità għat-tim żagħżugħ Malti biex ikompli jittestja l-kapaċitajiet tiegħu kontra avversarji ta’ livell għoli, filwaqt li jimmira wkoll li jħalli impressjoni tajba fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.
L-iskwadra ta’ 20 plejer magħżula mill-Coach Attard hija din:
Goalkeepers
Katelyn Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Mariah Chircop (Mgarr Siggiewi FC)
Difensuri
Amy Catania (Hibernians FC), Erika Cini (Valletta FC), Rihanna Fava Borg (Hibernians FC), Kesia Farrugia (Valletta FC), Martina Mendez Vasquez (Hibernians FC), Krystie Micallef (Mgarr United), Amie Marta Portelli (Birkirkara FC)
Midfielders
Amberley Borg (Zabbar St Patrick FC), Ivy Rose Biag (Nepean FC – AUS), Katrine Jorgensen (Hibernians FC), Elanya Mallia (Mgarr Siggiewi FC), Martina Montebello Caruana (Birkirkara FC), Keziah Richard (Hibernians FC), Sara Anneloes Shaladi (SGS Essen Shonebeck – Ġermanja), Francesca Spiteri Busuttil (Mgarr Siggiewi FC)
Attakkanti
Lisa Cauchi (Valletta FC), Shanaia Mifsud (San Gwann FC), Chanice Refalo (Mgarr Siggiewi FC)




