L-attakkant internazzjonali Spanjol Marco Asensio għaddej bl-aqwa mod possibbli ma’ Aston Villa hekk kif skorja sitt gowls minn Jannar ‘l hawn. Bosta gazzetti Spanjoli qed jgħidu li kemm ilu li mar jilgħab f’Villa Park, il-plejer twieled mill-ġdid u nesa’ xi ftit id-diżappunti li kien qed ikollu ma’ Paris St Germain.
Meta mistoqsi jekk jikkunsidrax jingħaqad mal-Villains għal kollox, Asensio qal li jaħsibha għalkemm għalissa qed jikkonċentra fuq dan l-istaġun.