L-eks plejer ta’ Borussia Dortmund Marco Reus mhux interessat li jmur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana ma’ Charlotte FC. Dawn tal-aħħar ikkuntattjaw l-aġent tal-plejer u wrewh l-interess li għandhom lejh.
Reus qed jistenna aktar proposti għax hu għandu l-intenzjoni li jibqa’ jilgħab fl-Ewropa. Hu għadu kemm telaq lil Borussia Dortmund wara 12-il sena magħhom fejn lagħab 294 logħba u skorja 120 gowl.