Wednesday, July 24, 2024

Sergio Aguero jissuġġerixxi lil Balotelli ma’ Boca Juniors

Aqra wkoll

L-eks attakkant ta’ Manchester City Sergio Aguero ta parir lill-president ta’ Boca Juniors Juan Roman Riquelme sabiex jakkwista s-servizzi tal-attakkant Taljan Mario Balotelli. Dan tal-aħħar se jtemm l-avventura tiegħu ma’ Adana Demirspor fit-Turkija wara esperjenza ta’ żewġ staġuni.

Aguero qal li jaf sew lil Balotelli minħabba li lagħab miegħu fiż-żmien li kien ma’ The Citizens. Hu qal li Balotelli hu ħerqan li jilgħab fl-Arġentina u tah rakkomandazzjoni tajba fuqu. Ironikament dan kollu mhux l-istess jista’ jingħad għall-perċezzjoni pubblika li jgħid li ma’ Balotelli ma tafx fejn tkun.

Ekonomija

Sport