Wednesday, July 24, 2024

Clubs mill-Arabja Sawdija jridu lil Ismael Bennacer

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Taljani qed jitkellmu dwar il-futur tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Alġerin Ismael Bennacer. Dan tal-aħħar ftit seta’ jħalli l-effett mixtieq ma’ AC Milan minħabba li għamel aktar min-nofs l-istaġun imweġġa’.

Milan għandhom ftehim miegħu sa Ġunju 2027 għalkemm iridu jaraw il-kowċ futur tagħhom jekk iqisux parti mill-pjanijiet tat-tim. L-istess ġurnali qed jgħidu li hu jista’ jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija fejn hemm xi timijiet li huma interessati fih.

Bennacer għandu 26 sena u ilu ma’ Milan sa mis-sena 2019.

Ekonomija

Sport