Wednesday, July 24, 2024

Aurelien Tchouameni mhux se jirkupra għall-finali tal-UCL

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Real Madrid Aurelien Tchouameni weġġa’ fis-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich u ilu jittama li jista’ jagħmilha għall-finalissima ta’ nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju. Minkejja kollox, b’diżappunt kbir għalih hu mhux se jkun disponibbli għall-kowċ Carlo Ancelotti bil-plejer ta’ 24 sena li pprova minn kollox biex jilħaq jgħaddilu.

It-tobba Spanjoli qalulu li aħjar jibqa’ mistrieħ sa nofs Ġunju sabiex ikun tajjeb għall-fażi finali tat-tazza Ewropea. Sadanittant il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps se jkun qed isejħu b’mod provviżorju u jara jekk jilħaqx jirkupra sal-14 ta’ Ġunju li ġej.

Ekonomija

Sport