Sar magħruf li l-plejer veteran Ġermaniż Marco Reus se jkun qed iħalli lil Borussia Dortmund fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Skont il-media Ġermaniża, għal dan il-plejer diġa’ hemm lest kuntratt ma’ West Ham United għalkemm dawn tal-aħħar iridu joqogħdu attenti minn xi klabbs mill-Major League Soccer Amerikana.
Reus ilu mis-sena 2012 ma’ Borussia Dortmund fejn b’kollox lagħab 286 partita filwaqt li skorja 118-il gowl. Hu għandu 34 sena.