Wara perjodu diffiċli l-attakkant internazzjonali Ingliż Marcus Rashford ġie lura f’tiegħu speċjalment kemm ilu jilgħab ma’ Aston Villa. Hu wasal b’self mingħand Manchester United fi Frar, l-attakkant Ingliż għamel 15-il dehra, skorja 3 gowls u wettaq 6 assists: protagonist fiċ-Champions League,.
Sadanittant, Barcelona, Bayern Munich, Paris Saint-Germain u Chelsea qed jibdew jikkuntattjaw lill-klabb tiegħu Manchester United fit-tentattiv li jakkwistawh. L-għan ta’ wieħed minn dawn it-timijiet hu dak li jsaħħu d-dipartiment offensiv b’Paris St Germain li qed jissemmew bħala favoriti għalih.