Napoli daħlu fit-taqtiegħa sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Ingliż Marcus Rashford. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit ukoll minn AC Milan u għalhekk mistennija taqtiegħa bejn dawn iż-żewġ timijiet min se jakkwistah.
Il-gazzetti Ingliżi qed iqisu l-każ Rashford bħala t-telenovela ta’ Jannar fejn minkejja l-interess ta’ diversi timijiet, s’issa ma kien hemm xejn konkret meta ninsabu f’nofs dan ix-xahar.