Marda misterjuża u fatali fil-Majjistral ġewwa l-Kongo qatlet aktar minn 50 persuna fl-aħħar ħames ġimgħat. Il-marda nstabet għall-ewwel darba fi tlett itfal li kielu friefet il-lejl, u minn dakinhar infirxet f’irħula oħra, infettat mill-inqas 419-il persuna u kkawżat 53 mewt. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Il-marda tikkawża sintomi severi, inkluż deni, rimettar, bil-biċċa l-kbira tal-vittmi qed јispiċċaw imutu fi żmien 48 siegħa minn meta jimirdu.
“Il-progressjoni mgħaġġla tas-sintomi hija inkwetanti ħafna,” qal Serge Ngalebato, id-direttur mediku fl-Isptar ta’ Bikoro.
It-tifqigħa, li bdiet f’Boloko, diġà nfirxet fl-irħula fil-viċin, inkluż Bomate, fejn ġew irrappurtati aktar każijiet fid-9 ta’ Frar.