Saturday, July 25, 2026
Home Sport Mario Balotelli lura fit-Turkija?

Mario Balotelli lura fit-Turkija?

0
432

Diversi ġurnali Torok ħabbru li l-eks attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli jista’ jerġa’ jilgħab fit-Turkija ma’ Trabzonspor. Dan il-plejer kontroversjali kien qatta’ staġun ma’ Adana Demirspor fejn kellu mumenti ferm sodisfaċenti.

Madankollu, l-istess Trabzonspor qed jikkunsidraw li jġibu lill-attakkant Kroat Bruno Petkovic u d-diriġenti tal-klabb jinsabu maqsuma fil-fehma tagħhom lil min għandhom iġibu fid-dipartiment offensiv tat-tim għall-istaġun li ġej.