Friday, July 26, 2024

Mario Suarez jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Atletico Madrid u Fiorentina, Mario Suarez, iddeċieda li jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem fl-eta’ ta’ 36 sena. Kien hu stess li ħabbar dan kollu fuq il-midja soċjali fejn ried jirringrazzja lil dawk it-timijiet, kowċis u plejers li xi darba jew oħra kellu x-xorti jagħmilha magħhom.

Fil-fatt Mario Suarez lagħab f’disa klabbs differenti f’temp ta’ 20 sena u laħaq iċ-ċifra ta’ 500 partita fil-karriera. Ma’ Atletico Madrid biss rebaħ kampjonat, tazza tar-re, UEFA Europa League, żewġ edizzjonijiet tas-Super Cup Ewropea u Super Cup Spanjola.

Ekonomija

Sport