Wednesday, July 24, 2024

Xavi se jgħaqqad il-100 logħba fit-tmun ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Għall-kowċ ta’ Barcelona Xavi, għada se tkun ġurnata importanti hekk kif waqt il-logħba kontra Porto mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League se jkun qed jiċċelebra t-tragward ta’ 100 logħba fit-tmun tal-Katalani.

F’intervista li ta lill-ġurnal Spanjol, Xavi qal li Barcellona jfissru tant għalih u wara karriera ta’ plejer, għalih hu privileġġ li qed imexxi lit-tim anke meta l-affarijiet ma tantx kienu sejrin tajjeb. Hu fisser lilu nnifsu bħala baħri fil-maltemp mhux fil-bnazzi biss.

Ekonomija

Sport