Wednesday, July 24, 2024

Luka Modric ma’ Inter Miami?

Aqra wkoll

Minkejja li l-midfielder veteran Kroat Luka Modric iffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid, xi gazzetti Spanjoli qed isostnu li l-plejer ta’ 38 sena qed jipprepara sabiex imur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana ma’ Inter Miami fejn hemm l-istilla Arġentina Lionel Messi.

Modric qed jirċievi offerti mill-Istati Uniti u anke l-Arabja Sawdija u mhux ħaġa kbira li kif jispiċċa dan l-istaġun, hu jmur fil-belt ta’ Miami.

Modric ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2012 fejn tul dawn is-snin lagħab 333 partita u skorja 26 gowl.

Ekonomija

Sport