Sunday, December 22, 2024

Mark Micallef b’bidu mill-aqwa fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, nhar il-Ħadd, 3 ta’ Marzu, Island Car Club organizza l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb 2024 fl-Imtaħleb.

Minn kmieni fil-ġurnata, wieħed seta’ jinnota li Mark Micallef, fin-Norma M20 Mugen tiegħu, kellu bidu mill-aqwa għall-kampjonat il-ġdid.

Micallef tela’ l-korsa f’59.004 sekondi u kien segwit mill-qrib minn Jean Vella fil-Jedi F1000 tiegħu f’59.135 sekondi u Noel Galea fil-Ford Escort Mk2 tiegħu f’59.300 sekondi.

Noel Galea rebaħ il-kategorija tal-karozzi li jingranaw fuq wara, hekk kif Didier Bugeja rebaħ il-kategorija tal-karozzi li jingranaw fuq quddiem bil-Peugeot 106 tiegħu. Fis-Subaru Impreza, Josef Calleja rebaħ il-kategorija four wheel drive, u Isaac Burlò kien l-aktar veloċi fi il-kategorija tal-karozzi klassiċi permezz ta Mini Cooper.

Permezz tal BMW 1 tagħha, Martina Caruana kienet l-aktar sewwieq mara veloċi, filwaqt li David Grech kien l-aktar veteran veloċi ta’ aktar minn 60 sena b’Ford Escort Mk 2.

Sacha Blanco rebaħ il-kategorija ghall-karozzu tat-triq bt-Toyota MRS, filwaqt li Calvin-Lee Mifsud kien l-iktar sewwieq veloċi taħt il-ħamsa u għoxrin sewwieq b’Honda Civic.

Għalhekk, ir-rebbieħ ewlieni tal-ewwel rawnd tal-kampjonat huwa Mark Micallef, segwit minn Jean Vella u Noel Galea.

Josef Abela kien Clerk of the Course, Jeremy Cassar kien Deputy Clerk of the Course, Susanne Fenech kienet Secretary of the meeting, George Muscat kien Steward, u Joe Formosa kien Timekeeper.

L-attività saret bl-appoġġ tal-Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, The Point Malta u sponsors oħra.

Ir-rawnd li jmiss huwa skedat għall-14 ta’ April, bil-post għad irid jitħabbar.

Ekonomija

Sport