JULIAN ALVAREZ – Arsenal qed jippruvaw jiffirmaw lill-attakkant ta’ Atletico Madrid u l-Arġentina, Julian Alvarez, 26 sena, qabel ma jibda t-taħriġ ta’ qabel l-istaġun.
JOHAN MANZAMBI – Aston Villa qed jiffinalizzaw trasferiment għall-midfielder ta’ Freiburg u l-Isvizzera, Johan Manzambi, 20 sena, li kien se jingħaqad ma’ Newcastle.
PEP GUARDIOLA – L-eks manager Spanjol ta’ Manchester City, Pep Guardiola, 57 sena, jinsab fuq il-lista mqassra biex isir il-coach il-ġdid tal-Italja wara li Paulo Maldini nħatar bħala l-kap tekniku tal-FA Taljana.
HARRY KANE – Bayern Munich jibqgħu kunfidenti li se jorbtu lill-attakkant u captain tal-Ingilterra, Harry Kane, 32 sena, b’kuntratt ġdid fit-tul minkejja l-interess dejjem jikber minn xi wħud mill-akbar clubs tal-Ewropa inklużi Real Madrid.
TARIK MUHAREMOVIC – Id-difensur ta’ Sassuolo, Tarik Muharemovic, 23 sena, jibqa’ mira għall-clubs tal-Premier League bi Newcastle, Sunderland, Leeds United u Bournemouth kollha ħerqana għall-internazzjonali tal-Bosnja/Herzegovina.
ADAM WHARTON – Chelsea qed jikkunsidraw trasferiment għall-midfielder Ingliż ta’ Crystal Palace, Adam Wharton, 22 sena, wara li Liverpool u Manchester United naqqsu l-interess tagħhom fil-player.
ALEJANDRO GARNACHO – Roma jridu lill-winger ta’ Chelsea u l-Arġentina, Alejandro Garnacho, 22 sena, u huma interessati wkoll fil-winger Belġjan, Diego Moreira, 21 sena, mill-club oħt ta’ Chelsea, Strasbourg.
RADEK VITEK – Il-goalkeeper Ċek ta’ Manchester United, Radek Vitek, 22 sena, huwa mfittex minn Celtic wara xi wirjiet impressjonanti meta kien misluf lil Bristol City fl-istaġun li għadda.
EDERSON – Atalanta kellhom diskussjonijiet ma’ Ederson, 27 sena, dwar l-estensjoni tal-kuntratt wara li ftehim biex jiċċaqlaq ma’ Manchester United ma rnexxiex. Newcastle għadhom interessati fil-midfielder Brażiljan.
MATIAS SULE – Sunderland qed jimmiraw li jagħmlu lill-winger Arġentin ta’ Roma, Matias Soule, 23 sena, l-ewwel akkwist tagħhom dan is-sajf. Huwa stmat li jiswa madwar €35 miljun.
ZION SUZUKI – Newcastle kellhom taħditiet dwar il-goalkeeper ta’ Parma u l-Ġappun, Zion Suzuki, 23 sena, hekk kif qed ifittxu li jakkwistaw goalkeeper ewlieni ġdid.
OMAR MARMOUSH – Tottenham u Newcastle huma t-tnejn interessati fil-midfielder internazzjonali Eġizzjan ta’ Manchester City, Omar Marmoush, 27 sena.
JESSE DERRY – Sporting CL mistennija jiffirmaw lil Jesse Derry, 19-il sena, ta’ Chelsea b’self għal staġun sħiħ bil-winger mistenni f’Lisbona għall-eżami mediku.
ILAIX MORIBA – Aston Villa huma interessati fil-midfielder ta’ Celta Vigo u Guinea, Ilaix Moriba, 23 sena, tant li qed iħejju offerta ta’ £15-il miljun.
KONSTANTINOS MAVROPANOS – Id-difensur ċentrali Grieg, Konstantinos Mavropanos, 28 sena, qed jattira interess minn diversi clubs tal-Premier League u madwar l-Ewropa wara l-istaġun li kellu minkejja li West Ham ġew relegati.
MAGHNES AKLIOUCHE – Paris St-Germain bdew taħditiet biex jiffirmaw lill-midfielder Franċiż, Maghnes Akliouche, 24 sena, mingħand AS Monaco ta’ Ligue 1 ukoll.
RADU DRAGUSIN – Id-difensur ta’ Tottenham, Radu Dragusin, 24 sena, mistenni jingħaqad ma’ Fiorentina b’self inizjali, b’obbligu li jixtru lir-Rumen fi ftehim li jiswa £21.4 miljuni jekk il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti.




