Dan hu Joan Sebastian Guerrero, Kolombjan ta’ 26 sena li fl-aħħar sigħat inqatel minn ICE (pulizija tal-immigrazzjoni fl-Istati Uniti). Hu nqatel quddiem bintu fl-istat ta’ Maine.
Jirriżulta li Guerrero kellu d-dokumenti kollha meħtieġa biex jgħix fl-Istati Uniti u l-unika li kellu kontrih kienet li kien ta’ ġilda skura. Hekk ukoll stqarr Qashim Rashid avukat fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Ġirien tal-vittma li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li Guerrero qatt ta fastidju lil ħadd. Kellu familja u kien imur jaħdem biex ikun jista’ jgħix hu u l-familja tiegħu.




