Saturday, December 21, 2024

Mark Zuckerberg it-tieni l-aktar persuna sinjura fid-dinja b’$200 biljun

Aqra wkoll

Mark Zuckerberg, il-Kap Eżekuttiv ta’ Meta, jew kif ħafna jafu Facebook, ġie ddikjarat bħala t-tieni l-aktar persuna sinjura fid-dinja fejn issa għandu ġid li jaqbeż il-$200 biljun. Dan ifisser li issa qabel lil Jeff Bezos u anke lil Bernard Arnault.

Rapport fil-Bloomberg’s Billionaire jgħid li Zuckerberg għandu $206 biljun. Matul din is-sena l-ġid tiegħu żdied baktar minn $78.1 biljun. Issa, Zuckerberg daħal fil-grupp ta’ persuni li għandhom aktar minn $200 biljun. Qabel il-Kap Eżekuttiv ta’ Meta hemm Elon Musk, il-Kap Eżekuttiv ta’ Tesla u X li għandu ’$256 biljun

Zuckerberg għand għandu 40 sena. Kien beda l-proġett ta’ Facebook fl-2004 fejn b’mod mgħaġġel biddel id-dinja tal-komunikazzjoni. Aktar tard matul il-karriera tiegħu hu xtara Instagram u anke WhatsApp.

Ekonomija

Sport