Friday, September 20, 2024

Marko Pjaca jitlaq lil Juventus għalkollox

Aqra wkoll

Sar magħruf li l-plejer ta’ nofs il-grawnd Kroat Marko Pjaca se jitlaq lil Juventus wara seba’ snin. Dan il-plejer ftit ġie użat mill-kowċis li kellhom i Bianconeri tant li ħafna drabi kien misluf lil diversi timijiet fosthom Fiorentina, Genoa, Torino, Empoli Schalke 04 u Anderlecht. 

Wara li ra li lanqas din is-sena m’hu se jsib postu fl-iskwadra minn Turin, iddeċieda darba għal dejjem li jsib destinazzjoni iktar stabbli tant li se jmur f’pajjiżu stess fejn se jilbes il-flokk ta’ Rijeka.

Sport