Thursday, December 26, 2024

Marru fl-ispazju mingħalihom għal tmint ijiem u se jispiċċaw imweħħlin hemm sa Frar tal-2025

Aqra wkoll

Kien fil-5 ta’ Ġunju meta żewġ astronawti Amerikani ħarġu fuq missjoni lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali u kienu qed jistennew li jkunu lura d-dar fi ftit jiem. Minkejja dan, l-affarijiet ma marrux kif ppjanati.

Fil-fatt, issa li għaddew kważi xahrejn, Barry Butch Wilmore u Sunita Williams għadhom jinsabu għadhom imweħħlin fl-ispazju. Huwam ifhum li dawn se jispiċċaw iqattgħu l-Milied u l-Ewwel tas-Sena fl-ispazju.

Wilmore ta’ 61 sena u Williams ta’ 58 sena telgħu fl-ispazju, b’vettura spazjali li ġġib l-isem ta’ Boeing Starliner. Din kienet l-ewwel titjira tax-xorta tagħha b’nies abbord u propju kien test imfassal biex jara kif taħdem il-vettura spazjali l-ġdida qabel ma tintuża b’mod aktar regolari.

Il-problemi, madankollu nqalgħu hekk kif iż-żewġ individwi waslu fl-ispazju. Huwa mifhum li l-vettura spazjali ġarrbet xi ħsarat. Għalhekk, filwaqt li rnexxielhom jaslu sal-istazzjon spazjali b’mod sikur, dawn se jkollhom bżonn mezz alternattiv ta’ trasport biex jaslu d-dar.

Waqt laqgħa tal-aħbarijiet nhar l-Erbgħa, uffiċjali tan-NASa qalu li sa issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar jekk instabx mezz alternattiv jew le. Huwa mifhum li għażla li qed tiġi kkunsidrata hi li ż-żewġ astronawti jibdew missjoni f’Settembru, u jerġgħu lura lejn id-dinja bl-istess missjoni fi Frar tal-2025.

Ekonomija

Sport