Zabbar St Patrick …1
Marsaxlokk ………..2
Minn Cristian Muscat
Bħalma ġara nhar is-Sibt li għadda, fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Balzan, Marsaxlokk dawru telfa f’rebħa oħra bl-iskor ta’ 3-1, din id-darba kontra Zabbar St Patrick, b’din tkun it-tieni waħda nfila taħt il-gwida tal-coach il-ġdid, Enzo Potenza.
Wara li sofrew goal kmieni ix-Xlukkajri għarfu jwettqu reazzjoni mmedjata u ta’ dan ġew ippremjati permezz tat-tliet punti.
Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta Yuri de Jesus Messias kellu l-konklużjoni tiegħu salvata mill-goalkeeper, Luca Camilleri, biex mir-reound Jose Ulies Arias reġa’ ra lil Camilleri jsalva.
Iżda żewġ minuti wara, Zabbar fetħu l-iskor meta Brian Gambarte għadda tajjeb lejn DIOGO JOAO TAVARES li venven xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Marko Drobnjak, isalva minkejja li seta’ għamel aħjar.
Ix-Xlukkakri wieġbu fit-22 minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Jai Quitongo, li tħalla żmarkat għal kollox, għaddiet ftit barra.
Iżda tliet minuti wara, kienu ż-Żabbarin li kienu għoddhom irduppjaw meta ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, Sean Gatt, qabeż żewġ players fuq il-ġirja u permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa tefa’ ftit barra.
Il-partita kompliet tisbieħ u fid-29 minuta Marsaxlokk għamlu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Leandro Aguirre, id-daqqa ta’ ras ta’ Alex De Aguilar Gomes ħabtet ma’ Jovecic u mal-mimduda, biex mir-rebound JAI QUITONGO bla ebda diffikultá u permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra tefa’ ġewwa.
Għaxar minuti wara, ix-Xlukkajri dawru l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ LEANDRO AGUIRRE, bil- ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Zabbar ħarġu ferm aggressiu fil-51 minuta, xutt mid-distanza ta’ Marcelo Barros Santos intemm ftit barra.
Fis-77 minuta, huma tilfu cans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Ilic waqqa’ l-ballun lura lejn Vinicius de Paiva li kellu l-konklużjoni tiegħu salvata proprju minn fuq il-linja minn Lucas Emanuel Dessypris.
Iżda fl-94 minuta, DUANE BONNICI ssiġilla r-rebħa għal Marsaxlokk wara indeċiżjoni Żabbarija.