Marsaxlokk …….3
Zabbar SP ………1
Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk dawru telfa f’rebħa ta’ 3-1 fuq Zabbar St Patrick biex dawn tal-aħħar sofrew l-ewwel telfa wara sitt riżultati pożittivi.
Kien biss fit-13-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Nikolai Muscat kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jgħaddi jħakkek mal-wieqfa.
Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u minn corner qasir, Jose Ulises Arias għadda lejn Yuri De Jesus Messias li kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Matthew Grech.
Marsaxlokk bdew jiddettaw il-logħba u, fit-22 minuta, Yuri De Jesus Messias b’eleganza ittanta xortih permezz ta’ rovexxjata minn taħt il-lasta li iżda ntemmet ftit għoli.
Fil-31 minuta, iż-Żabbarin fetħu l-iskor meta wara indeċiżjoni fid-difiża ta’ Marsaxlokk, il-ballun wasal għand KRISTIAN KEQI li żmarkat u minn pożizzjonni ideali tefa’ l-ballun wara Calleja Cremona.
Fid-39 minuta Marsaxlokk rebħu penalty diskutibbli meta Strahinja Jovancic deher li rifes u waqqa’ lil Jose Ulises Arias fil-kaxxa.
Mill-11-il metru, YURI DE JESUS MESSIAS ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun naħa u lil Grech in-naħa opposta.
Fil-55 minuta Zabbar kienu ferm sfortunati li ma reġgħux marru fil-vantaġġ meta tentattiv ta’ Diogo Joao Tavares ħabat ma’ sieq il-lasta.
Marsaxlokk wieġbu fis-67 minuta meta Yuri De Jesus Messias venven xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa li ġie mdawwar f’corner minn Grech.
Fil-81 minuta, ix-Xlukkajri marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun prattikament ħabat ma’ ras ALEX DE AGUIAR GOMES li kien ilu biss żewġ minuti fil-ground u ntemm ġewwa.
Minuta wara, huma ssiġillaw ir-rebħa meta wara indeċiżjoni ta’ Matthew Grech, il-ballun ħabat ma’ sieq il-lasta qabel intemm għand Yuri De Jesus Messias li għadda lejn ALEX DE AGUIAR GOMES li mill-viċin ma żbaljax.
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Duvan Torres, 6-Nikolai Muscat, 8-Jake Ghio (17-Jacob Walker 74), 10-Yuri De Jesus Messias, 19-Jose Ulises Arias, 20-Martin Adamec (23-Alex De Aguilar Gomes 79), 21-Jai Quitongo (9-Sergio Kukhianidze 17), 22-Lucas Emanuel Lopes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (16-Izaak Etim Akpan 84), 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Joao Tavaraes (31-Joao Pedro De Sa Mendonca 65), 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Krstian Keqi (13-Zachary Grech 65), 55-Dorde Jovicic, 99-David Oliveira Souza – Coach: Aniello Parisi
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Robert Curtis
RABA’ UFF: Jo-Anna Vassallo
SKORERS: K. Keqi 31 (ZSP), Y. De Jesus Messias pen. 39, A. De Aguilar Gomes 81, 83 (M)
AMMONITI: D. Torres, M. Adamec (M), D. Jovicic (ZSP)