Friday, October 16, 2026
Home Sport Player sospiż għal 24 sena mit-tennis

Player sospiż għal 24 sena mit-tennis

0
51

It-tennista Serb Stefan Milicevic ġie sospiż għal 24 sena mill-International Tennis Integrity Agency (ITIA) minħabba ksur serju tar-regoli kontra l-korruzzjoni, fosthom manipulazzjoni ta’ logħbiet u tentattivi biex jinvolvi players oħra f’network korrott.

L-investigazzjoni sabet li Milicevic, ta’ 29 sena, kien involut fil-manipulazzjoni ta’ sitt logħbiet bejn l-2022 u l-2024, ħamsa minnhom li fihom kien ipparteċipa hu stess. Huwa pprova wkoll jimmanipula sitt logħbiet oħra u allegatament ipprova jirrekluta diversi players professjonali biex jingħaqdu man-network.

Minbarra s-sospensjoni, Milicevic ġie mmultat $70,000. Minkejja seba’ tentattivi mill-ITIA biex tikseb tweġiba mingħandu waqt l-investigazzjoni, huwa ma kkooperax mal-awtoritajiet. 

Is-sospensjoni tiegħu daħlet fis-seħħ mid-9 ta’ Ottubru 2026 u se tintemm fit-8 ta’ Ottubru 2050, meta jkun se jkollu 53 sena. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here