Monday, May 13, 2024

Marsaxlokk iħallu għall-aħħar biex jegħlbu lil Santa Lucia

Aqra wkoll

Santa Lucia………0

Marsaxlokk………3

Wara li tilfu kontra Floriana u ġew draw ma’ Gzira United, Marsaxlokk irritornaw għar-rebħ hekk kif għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0, bit-tliet goals għalihom jaslu lejn tmiem il-partita.

Is-Xlukkjari baqgħu fir-raba’ post iżda jinsabu erba’ punti fuq Hibernians u sitt punti fuq Naxxar Lions. Santa Luċia, min-naħa l-oħra, jibqgħu l-ħames mill-qiegħ iżda jinsabu żewġ punti biss fuq Mosta.

It-tim immexxi minn Alessandro Zinnari qala’ daqqa ta’ ħarta ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, eżattament fl-44 minuta, hekk kif kellhom lil Temitope Abraham Ojo mkeċċi wara li rċieva t-tieni karta safra fil-partita.

Marsaxlokk irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-74 minuta grazzi għall-penalty ta’ YURI DE JESUS MESSIAS wara li ġie ġġudikat li ġie ffawljat eżatt ġewwa l-kaxxa mir-referee Matthew De Gabriele.

Tliet minuti wara, huma rduppjaw l-iskor grazzi għal FERNANDO GOMES li rċieva assist f’tarf il-kaxxa u wara li daħal fil-kaxxa, għeleb lill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Celio b’xutt fir-rokna tax-xibka.

Marsaxlokk issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal minuta mit-tmiem tal-partita, grazzi għall-freekick mill-isbaħ ta’ SUNDAY AKINBULE li ma ta l-ebda ċans lil Celio.

Santa Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz Silva, 3-Mattais Ellul, 6-Daniel Letherby (9-Gabriel Mensah 78), 7-Steve Pisani, 8-Temitope Abraham, 10-Tatsuro Nagamatsu (20-Gonzalo Nicolas Virano 78), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 21-Fabian Santiago Moracci (27-Alessio Piazza 62), 55-Sven Xerri, 80-Evando Pinto Gomes Coach: Alessandro Zinnari

Marsaxlokk: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl MIcallef (17-Jacob Walker 64), 6-Nikolai Muscat (19-Armah Aio Vaikanah 91), 10-Yuri De Jesus Messias (99-Anthony Obonogwu 90), 11-Duane Bonnici, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna (33-Diego Pires Dall’Oca 82), 88-Sunday Akinbule (23-Samuel Boakye 90), 94-Jose Fernando Gomes Junior Coach: Winston Muscat

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referees: Mitchell Scerri, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha

Skorers: Y. De Jesus Messias 74, J. F. Gomes Junior 77, S. Akinbule 89 (M)

Ammoniti: T. Abraham (2) (SL), N. Muscat, J. F. Gomes Junior (M)

Tkeċċa: T. Abraham 44 (SL)

Sport