Monday, April 29, 2024

Gianluca Scamacca jwaqqaf rekord Taljan kontra Liverpool

Aqra wkoll

Gianluca Scamacca sar l-ewwel player Taljan li skorja doppjetta kontra Liverpool f’Anfield iżda Pierluigi Casiraghi kien diġá skorja darbtejn fl-istess stadium għall- Italja fil-Euro 96.

Iż-żewġ goals ta’ Scamacca ispiraw ir-reb­ħa ta’ 3-0 ta’ Atalanta fuq Liverpool fl-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-Europa League nhar il-Ħamis li għadda.

Kif ġie rrappurtat, l-eks attakkant ta’ Sassuolo u West Ham, sar l-ewwel player Taljan li skorja żewġ goals f’logħba waħda kontra r-Reds f’Anfield.

Madankollu, l-ewwel player Taljan li qatt skorja doppjetta fl-istess ground kien l-eks attakkant ta’ Juventus, Lazio u Chelsea, Casiraghi, li skorja darbtejn kontra r-Russja f’logħba mill-fażi tal-gruppi ta’ Euro 96.

Scamacca skorja sitt goals fl-aħħar tmien dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha ta’ dan l-istaġun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport