Monday, May 13, 2024

Fenerbahce mmultati

Aqra wkoll

Fenerbahce ġew immultati €115,000 u Galatasaray ingħataw rebħa ta’ 3-0 wara l-protesti tal-club fis-Super Cup tat-Turkija nhar il-Ħadd li għadda.

Fenerbahce niżlu għal-logħba bit-team ta’ taħt id-19-il sena u ħarġu mill-ground fit-tielet minuta, fi protesta ppjanata minn qabel.

Il-club kien talab li l-logħba tiġi posposta qabel il-kwarti-finali tal-Europa League ta’ nhar il-Ħamis ma’ Olympiakos, iżda t-talba ġiet miċħuda.

Barra minn hekk Fenerbahce anke ma kinux kuntenti bil-ħatra ta’ referee Tork tant li talbu għal referee barrani biex jieħu ħsieb il-partita, iżda l-Federazzjoni Torka ċaħdet it-talba tagħhom.

Galatasaray marru fil-vantaġġ wara minuta f’Sanliurfa b’goal ta’ Mauro Icardi, u Fenerbahce telqu mill-ground qabel il-bidu mill-ġdid.

Sport