Wednesday, July 24, 2024

Vincent Kompany sospiż żewġ partiti

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Burnley, Vincent Kompany, ingħata sospensjoni ta’ żewġ logħbiet fuq il-linja wara l-karta l-ħamra tiegħu kontra Chelsea fit-30 ta’ Marzu. Huwa se jiskonta sospensjoni għal logħba waħda mmedjatament, bil-partita l-oħra sospiża sal-aħħar tas-sena.

Kompany tkeċċa talli pprotesta kontra deċiżjoni ta’ penalty li wasslet biex Lorenz Assignon jitkeċċa.

Aktar tard il-Belġjan qal li l-livell tar-refereeing fil-Premier League ta’ dan l-istaġun “ma kienx tajjeb biżżejjed”.

L-eks captain ta’ Manchester City, ta’ 38 sena, li ammetta l-akkuża ta’ kondotta ħażina, ġie mmultat ukoll £10,000.

Burnley jinsabu fid-19-il post fil-Premier League, sitt punti ‘l bogħod mis-sigurtà, waqt li kellhom seba’ players imkeċċija fi 32 logħba tal-Premier League dan l-istaġun, l-aktar minn kwalunkwe team fl-ogħla livell.

Ekonomija

Sport