Thursday, December 26, 2024

Marsaxlokk isofru t-tielet telfa konsekuttiva

Aqra wkoll

Marsaxlokk …….0

Birkirkara ………2

Minn Cristian Muscat

Birkirkara għelbu lil Mar­saxlokk bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima biex ikkastigaw lill-istess Xlukkajri għat-tielet telfa minn daqstant partiti biex jinsabu jaqsmu qiegħ il-klassifika ma’ Zabbar St Patrick mingħajr l-ebda put.

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti meta xutt mid-distanza ta’ Yuri De Jesus Messias ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper, Giacomo Volpe.

Birkirkara wieġbu fit-13-il minuta meta Paul Mbong għadda tajjeb lejn Lautaro Leandro Lacunza li min-naħa tiegħu xeħet cross għan-nofs li sab lil Maxuell Maia li twaqqa’ proprju taħt il-lsata minn minn Lucas Lopez.

Mill-11-il metru l-istess MAXUELL MAIA permezz ta’ konklużjoni ċentrali tefa’ ġewwa.

U biex l-affarijiet ikomplu sejri ħażin għax-Xlukkajri, kellhom jagħmlu sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Lucas Lopez biex minfloku daħal jilgħab Enmy Manuel Pena Beltre.

Fit-42 minuta, Marsaxlokk fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Leandro Aguirre xeħet cross lejn Alex Gomes De Aguilar li min-naħa tiegħu kompla lejn Patrick Nonato li spara xutt mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Volpe li salva goal ċert.

Fil-51 minuta, Birkirkara rduppjaw permezz ta’ freekick fil-baxx tad-difensur Taljan ALESSANDRO COPPOLA li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Marko Drobnjak.

Fil-71 minuta Marsaxlokk ip­protestaw għal penalty me­­ta Lautaro Leandro Lacunza deher jiġbed lil Leandro Aguirre fil-kaxxa iżda kien kollox normali għall-uffiċjal tal-logħba.

Sitt minuti wara, huma resqu viċin iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Patrick Nonato ġiet imdawra f’corner.

Fil-ħin miżjud, Andrea Zammit resaq viċin li jiskorja t-tielet goal ta’ Birkirkara iżda t-tenattiv tiegħu ġie maqlugħ minn fuq il-linja minn Beltre.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Jefferson De Jesus Santos, 4-Karl Micallef (11-Duane Bonnici 81), 6-Nikolai Muscat, 9-Patrick Nonanto, 10-Yuri De Jesus Messias (8-Jake Ghio 84), 19-Jose Ulises Arias, 22-Lucas Lopez (24-Enmy Manuel Pena Beltre 19), 23-Alex Gomes De Aguilar, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna   – Coach: Winston Muscat

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Leonel Gaitan (99-Juan Jose Siafa 72), 8-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Lautaro Leandro Lacunza (10-Andrea Zammit 90), 25-Neil Micallef (30-Nathan Cross 65), 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia (7-Shaun Dimech 72)   – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, James Muscat

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: M. Maia 14 pen, A. Coppola 51 (B)

AMMONITI: J. De Jesus Santos, K. Micallef, N. Muscat (M), I. M. Morello, K. Zammit, L. L. Lacunza (B)

Ekonomija

Sport