Sunday, December 22, 2024

Marsaxlokk jiddominaw … iżda Naxxar Lions jirreżistu

Aqra wkoll

Naxxar Lions …..0

Marsaxlokk ….…0

Minn Crstian Muscat

Naxxar Lions u Marsa­xlokk temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat ma kkuntenta li ħadd hekk kif jidher li fit-tieni round ta’ din l-ewwel fażi iż-żewġ timijiet se jilagħbu fil-Bottom Six.

Iżda jekk kien hemm team li kellu joħroġ rebbieħ kien dak ta’ Marsaxlokk li ddomina għal ħafna ħin iżda ma setax isib it-triq lejn ix-xibka avversarja.

Kienu huma li ħarġu fuq l-offensiva u fit-tielet minuta, Yuri De Jesus Messias kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin salvat taj­jeb mill-goalkeeper Matthias Debono. 

Ħames minuti wara, Jose Ulises Arias kellu xutt minn taħt il-lasta salvat għal darb’oħra minn Debono. Fit-13-il minuta, free-kick ta’ Leandro Aguirre intemm ftit għoli.

Marsaxlokk komplew bl- assedju fuq il-lasti avversarji u fid-29 minuta xutt ta’ Enmy Manuel Pena Beltre ġie mblukkat minn sieħbu stess, Jai Quitongo, fuq il-linja, li pprova jixxuttja lejn il-lasti avversarji iżda kellu t-tentattiv tiegħu jiġi wkoll imblukkat mid-difiża tal-Lions.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk komplew bl-is­tess ritmu u, fit-58 minuta, Yuri de Jesus Messias kellu xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Debono.

Huma komplew jippressaw u fit-73 minuta Yuri De Jesus Messias minn taħt il-lasta tefa’ inkredibbilment barra, b’Naxxar jeħilsuha ħa­fif.

Bl-attakki kontinwi tax- Xlukkajri, l-affarijiet għan- Naxxarin komplew jikkumplikaw ruħhom meta   fis-76 minuta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Pedro De Assis Barreto għal żewġ karti sofor.

Naxxar ħolqu l-unika azzjoni denja ta’ nota fil-ħin mizjud meta free-kick stupend ta’ Caxambu ġie salvat mill-goalkeeper, Marko Drobnjak … b’save daqstant stupend!

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Muscat, 4-Pedro Vitor De Assis, 7-Takuma Yamaguchi (22-Staine Degabriele 78), 8-Neil Pace Cocks, 10-Edson Farias Cerqueira (9-Matheus Federico Lima 68), 15-Ryan Gilmour Cassar, 19-Gustavo Santos Barbosa (5-Owen Portelli 78), 20-Luan Sergio Nascimento Dias De Alemida, 23-Caxambu, 44-Ito Yasukaze – Coach: George Vella 

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 8-Jake Ghio (11-Duane Bonnici 58), 10-Yuri De Jesus Messias, 19-Jose Uises Arias, 21-Jai Quitongo (26-Raphael Holzhauser 69), 23-Alex De Aguilar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden (9-Patrick Nonato 83), 30-Ryan Scicluna – Coach: Vin­cenzo Potenza

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: James Muscat, Robert Curtis

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

AMMONITI: T. Yamaguchi, P. V. De Assis, N. Micallef (NL), R. Scicluna (M)

TKEĊĊA: P Barreto 76 (NL)

Ekonomija

Sport