Sunday, December 1, 2024

Marsaxlokk jirbħu partita movimentata

Aqra wkoll

Melita …….….1

Marsaxlokk …3

Minn Cristian Muscat

F’partita ferm movimentata mill-Bottom Six, Marsa­xlokk għelbu l-isfida ta’ Meli­ta bl-iskor ta’ 3-1.

Mas-suffara inizjali, Melita ħarġu fuq l-attakk meta Andre Carlos Penha da Costa dar mal-goalkeeper, Marko Drobnjak, iżda żelaq qabel ipprova jikkonkludi bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Marsaxlokk wieġbu fit-12-il minuta meta Yuri De Jesus Messias ħarab tajjeb fuq ix-xellug iżda falla l-mira.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-24 minuta free­-kick insidjuż ta’ Alex De Agui­lar Gomes stampa mal-wieqfa.

Fis-37 minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor meta minn azzjo­ni ta’ corner, LUCAS EMANUEL LOPEZ xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Żewġ minuti wara, Yuri De Jesus Messias falla ċans tad-deheb meta minn pożiz­zjoni ideali għolla l-mira.

Fit-52 minuta, Marsaxlokk irduppjaw meta l-ewwel xutt ta’ Jai Quitongo ġie mblukkat bil-ballun jasal għand YURI DE JESUS MESSIAS li permezz ta’ xutt fil-baxx spara l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Iżda Melita wettqu reazzjo­ni mmedjata u erba’ minuti wara naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ta’ ALAN BORG OLIVIER li ma ta l-ebda ċans lil Drobnjak.

Fl-64 minuta Marsaxlokk tilfu ċans li jkomplu jkabbru l-marġni tal-iskor meta Jai Quitongo kellu x-xutt tiegħu jiġi devjat minn di­fensur ta’ Melita qabel stampa mal-wieqfa u ntemm barra.

Melita wieġbu minuta biss wara meta Nick Cutajar xeħet cross lejn Andre Carlos Penha da Costa li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit għoli.

Fit-68 minuta, Marsaxlokk għamluhom tlieta f’azzjoni kważi foto-kopja tal-ewwel goal, meta wara li rċieva minn corner mogħti mix-xellug minn Yuri De Jesus Messias, LUCAS LOPES SILVA, bir-ras mill-viċin ma ħafirx.

Wara dan il-goal, ix-Xlukkajri komplew jamminstraw u qatt ma dehru li setgħu jiġu milħuqa.

MELITA: 1-Gosef Mizzi, 4-Gareth Barone (23-Paul Galea Testaferrata 89), 5-Michael Cachia, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani (10-Matthew Debattista 71), 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 11-Alan Borg Olivier (2-Adam Aquilina 89), 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 19-Jesus Andres Yepez Moriets, 21-Nick Cutajar (14-David Xuereb 70), 26-Kurt Bondin (15-Jack Micallef 89)   – Coach: Clive Mizzi

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (8-Jake Ghio 81), 11-Duane Bonnici (17-Jacob Walker 81), 19-Jose Ulises Arias (2-Kaylon Dimech 93), 21-Jai Quitongo (15-Samuel Cassar 93), 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex de Aguilar Gomes (18-Aiden Barbara 93), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna   – Coach: Vincenzo Potenza

REFEREE: Ezekiel Barbara

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: L. E. Lopez 37, 67, Y. De Jesus Messias 52 (Mx), A. Borg Olivier 56 (Mt)

AMMONITI: G. Mizzi, M. Cachia, (Mt), M. Drobnjak, L. Emanuel Lopez, R. Scicluna (Mx)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport