Il-goalkeeper ta’ Newcastle United Martin Dubravka iffirma estensjoni tiegħu fil-kuntratt sabiex ħa jibqa’ jilgħab f’St James Park sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Dubravka oriġinarjament ingħaqad mat-tim ta’ Eddie Howe fuq bażi ta’ self mingħand Sparta Prague f’Jannar 2018 għalkemm matul dan is-sajf hu għamel din il-mossa b’mod permanenti.
Dubravka għandu 36 sena u lagħab 150 logħba ma’ Newcastle United.