Sliema ASC ħabbru li l-player Ungeriż ta’ 22 sena, Márton “Marci” Doczi, se jingħaqad mal-klabb għall-istaġun tax-xitwa.
Dan il-plejer ta’ talent, li jilgħab fuq il-ġenb u huwa xellugi, żviluppa permezz tas-sistema tal-youths ta’ Eger u lagħab ma’ Kaposvár fl-ogħla diviżjoni Ungeriża.
Marci diġà huwa familjari mal-waterpolo Malti, hekk kif irrappreżenta lil Barracudas bħala plejer barrani fil-kampjonat tas-sajf li għadda.
Zgur li l-enerġija u l-esperjenza tiegħu se jkunu żieda siewja oħra għall-iskwadra ta’ Sliema qabel il-kompetizzjonijiet tax-xitwa u l-kampanja Ewropea tagħhom.




