Il-goalkeeper internazzjonali Ingliża Mary Earps kienet qed titkellem ma’ stazzjon Ingliż dwar iċ-ċaqliqa tagħha minn Manchester United għal Paris St Germain.
Hi sostniet li kien intemmilha l-kuntratt mar-Red Devils u meta kollox kien jidher li kienet se ġġedded il-ftehim, pront daħlu għalih il-Pariġini u ħasset li ma kellhiex għalfejn tgħidilhom le.
Mistoqsija x’qed tistenna minn PSG, Earps qalet li tinsab ħerqana biex turi x’taf u sostniet li din se tkun opportunita’ importanti għaliha.