Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se ttella’ l-kunċert #Maltin Biss 2, b’risq Puttinu Cares.
Il-kunċert se jsir is-Sibt 28 ta’ Novembru, fit-8.00pm, fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Anthony Cassar.
Fost il-kantanti li se jieħdu sehem hemm Mary Spiteri, Mike Spiteri, Claudia u Fabrizio Faniello, Janice Mangion, Kristy Spiteri, Mark Tonna, Nicole Hammett u David Joseph Sammut.
Il-biljetti jiswew €15 u jistgħu jinxtraw minn https://www.showshappening.com/the-malta-police-force/maltin-biss-2-a-concert-by-the-malta-police-band.
Il-flus mid-dħul se jmorru b’risq Puttinu Cares.
