Wednesday, November 18, 2026
Home Sport Mauricio Pochettino wasal f’Manchester biex jibda x-xogħol tiegħu mal-United

Mauricio Pochettino wasal f’Manchester biex jibda x-xogħol tiegħu mal-United

0
26

Mauricio Pochettino wasal f’Manchester biex jibda uffiċjalment l-avventura l-ġdida tiegħu bħala coach ta’ Manchester United.

L-Arġentin temm l-impenji tiegħu mat-team nazzjonali tal-Istati Uniti wara r-rebħa ta’ 2-0 kontra Haiti, li assigurat kwalifikaz­zjoni b’aggregate ta’ 8-0 fil-kwarti-finali tal-CONCACAF Nations League.

Pochettino, li qabel mexxa lil Tottenham, Paris Saint-Germain u lil Chelsea, iffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs ma’ Manchester United.

Huwa mistenni jiltaqa’ mal-players u l-istaff tekniku l-ġdid tiegħu fiċ-ċentru tat-taħriġ ta’ Carrington, hekk kif jibda t-tħejjijiet għall-ewwel impenn tiegħu kontra Liverpool, f’Anfield.

L-Arġentin għandu sfida importanti quddiemu, hekk kif Manchester United qed ifittxu li jtejbu r-riżultati tagħhom u jerġgħu jsibu l-konsistenza taħt it-tmexxija l-ġdida tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here