Nicolò Tresoldi jidher interessat li jingħaqad ma’ AC Milan fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, hekk kif il-club Taljan qed iħejji ruħu biex jibda n-negozjati ma’ Club Brugge.
L-attakkant ta’ 22 sena sar wieħed mill-miri ewlenin ta’ Milan wara l-wirjiet tiegħu fil-Belġju.
Skont rapporti fl-Italja, Tresoldi diġà esprima x-xewqa tiegħu li jmur jilgħab f’San Siro, filwaqt li l-familja u r-rappreżentanti tiegħu wkoll huma favur dan it-trasferiment.
Madankollu, Club Brugge ma jridux jitilfu wieħed mill-players importanti tagħhom u allegatament qed jitolbu €60 miljun.
Tresoldi skorja 18-il goal fil-kompetizzjonijiet kollha, inkluż tripletta kontra Inter fil-Champions League f’San Siro.
S’issa għad m’hemmx ftehim bejn iż-żewġ clubs, iżda Milan qed jittamaw li jagħlqu t-trasferiment f’Jannar.




