Il-kowċ ta’ Inter Miami Javier Mascherano kien qed jitkellem dwar xi xnigħat li qed jgħidu li Neymar Junior jista’ jingħaqad magħhom fil-jiem li ġejjin. Il-kowċ Arġentin qal li dawn huma kollha spekulazzjonijiet hekk kif s’issa m’hemm xejn ikkonfermat.
Ħafna partitarji ta’ dan it-tim qed joħolmu li Lionel Messi u Luis Suarez jingħaqdu mal-istess Neymar, trio li kien flimkien ftit taż-żmien ilu ma’ Barcelona.
Mascherano kien realistiku meta qal li l-MLS ma jħallux ċerti ċifri ta’ plejers u għalhekk mhux daqshekk faċli li l-plejer Brażiljan jiġi fl-Istati Uniti.