Il-player ta’ Manchester United, Mason Greenwood, 21 sena, għamel ir-ritorn tiegħu fil-football wara li kien ilu 20 xahar barra. Ix-xita qawwija li niżlet fin-Nofsinhar ta’ Madrid fissret li inqas minn 100 partitarju kienu barra l-istadium ta’ Getafe meta Greenwood u sħabu waslu siegħa u 20 minuta qabel il-bidu tal-logħba. Meta kien fadal nofs siegħa qabel il-bidu tar-rebħa 3-2 ta’ Getafe kontra Osasuna, erba’ ġurnalisti biss kienu fit-tribuna tal-midja biex jaraw lil Greenwood f’sessjoni ta’ warm-up mansa ma’ sħabu s-sostituti.
Bl-iskor 2-2, Greenwood daħal jilgħab kwarta mit-tmiem biex b’hekk irritorna fil-football, wara li kien akkużat b’numru ta’ reati serji, fosthom attentat ta’ stupru u attakk.