Il-coach ta’ Juventus, Massimiliano Allegri, kellu jingħata skorta tal-pulizija barra mill-ground wara t-telfa umiljanti ta’ 1-0 tal-Ħadd f’Monza, fis-Serie A.
Allegri kien qed jiskonta sospensjoni wara li tkeċċa fid-draw ta’ 2-2 kontra Salernitana iżda kien qed isegwi l-partita mill-istands.
Din it-telfa turi li l-Bianconeri jinsabu fi kriżi fejn rebħu partita waħda biss mill-aħħar sitt partiti. Barra minn hekk huma jinsabu fit-tmiem post tal-kampjonat Taljana …. u jinsabu wkoll f’xifer l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League wara li sfaw megħluba fiż-żewġ partiti li lagħbu kontra Paris St Germain u Benfica.
Allegri għandu wkoll l-għassa barra d-dar tiegħu minħabba l-biżgħa ta’ xi attakk mill-partitarji ta’ Juventus stess.