Saturday, December 21, 2024

Mat-800 tajra esebiti f’wirja f’San Anton wara nuqqas minħabba l-pandemija

Aqra wkoll

Il-Wirja Nazzjonali tat-Tjur u l-Ħamiem qed tiġi organizzata għal darb’oħra fil-Ġonna ta’ San Anton mill-Malta Fancy Poultry and Pigeon club vo 1388. 

Sfortunatament fl-aħħar sentejn attività bħal din ma setgħetx issir minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Issa li ġew rilaxxati miżuri b’rabta mal-Covid-19 l-avveniment seta’ jerġa’ jiġi organizzat. Il-wirja se tkun fuq perjodu ta’ jumejn bejn illum u għada, il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu mit-8.00 a.m sas-6.00 p.m. 

Dan l-avveniment huwa organizzat b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u Ambjent Malta. Din il-wirja li qabel kienet magħrufa bħala Fur u Feather ġiet organizzata għall-ewwel darba fl-1935. Din is-sena se jkun hemm aktar minn 800 tajra li jvarjaw minn summien, papri, wiżż, ħamiem, gamiem, tiġieġ, dundjani, farawni u anke faġani. Avveniment bħal dan huwa meqjus bħala l-akbar wirja ta ‘tjur u ħamiem fancy tas-sena kemm fin-numri kif ukoll fil-varjetajiet tar-razez. Dawn it-800 tajra se jkunu esebiti minn aktar minn 30 esebitur iddedikat. Biex iżżid ma ‘dan il-ġnien fil-mument huwa verament sabiħ mimli varjetajiet ta ‘pjanti u fjuri differenti grazzi għall-ħaddiema tal-istess ġnien.

Importanza lit-tiġieġa Maltija ‘Black Maltese’

Qed tingħata wkoll importanza lit-tiġieġa Maltija Black Maltese li hija r-razza lokali tagħna u l-konservazzjoni hija ta’ ħtieġa sabiex niżguraw li tali razza ma tintilifx. F’din il-wirja ser jkun hemm numru ta’ Black Maltese esebiti. Ta minn isemmi ukoll li matul dawn l-aħħar is-snin l-organizzazzjoni volontarja tagħna kienet qedgħa tippromwovi t-trobbija ta’ din ir-razza dan sabiex tiżdied fin-numru tal-popolazzjoni. Għal dan l-avveniment is-sezzjoni tat-tjur se tiġi ġġudikata wkoll minn gurija barranija.

Tfal taħt it-tnax il-sena jidħlu b’xejn.

Ekonomija

Sport