Saturday, May 4, 2024

Mateo Kovacic se jitlaq lil Chelsea?

Aqra wkoll

Hu rrappurtat li Mateo Kovacic mistenni jħalli lil Chelsea fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u jingħaqad ma’ xi klabb ieħor possibbilment mill-kampjonat Premier Ingliż.

Fil-fatt, il-plejer ta’ 29 sena qed jiġi segwit minn Manchester City, Manchester United u anke Bayern Munich.

Kovacic ilu ma’ Chelsea sa mis-sena 2019 meta ngħaqad magħhom mingħand Real Madrid. Hu lagħab 108 partiti u skorja erba’ gowls.

Sport