Wednesday, April 24, 2024

Tifla Maltija tirbaħ tliet titli prestiġjużi f’kompetizzjoni tas-sbuħija fit-Turkija

Aqra wkoll

Tifla Maltija li għadha kemm irrappreżentat lil pajjiżna f’kompetizzjoni tal-immudellar f’Kusadasi, it-Turkija, irnexxielha tirbaħ tliet titli prestiġjużi: Little Miss Universe 2023, Miss Talent 2023 u Best of the Best 2023.

Jancer Galea, ta’ 11-il sena, ħadet sehem fil-World League Beauty and Fashion (WLBF): kompetizzjoni internazzjonali tas-sbuħija li fiha pparteċipaw 45 mudella minn madwar 26 pajjiż differenti.

Din ma kinitx l-ewwel opportunità għal Jancer li fiha ġarret isem pajjiżna u saħansitra għamlitlu unur. Infatti, Joann Galea Dimech, omm Jancer, qaltilna li bintha rrappreżentat lil pajjiżna 15-il darba fejn matulhom kisbet madwar 25 titlu, rebħet diversi unuri, diplomi, ċertifikati kif ukoll midalji tad-deheb. Joann qaltilna wkoll li bintha kisbet l-ewwel titlu internazzjonali “Tiny Miss World” fl-età ta’ sitt snin.

Il-vjaġġ ta’ Jancer fid-dinja tal-immudellar beda meta kellha ftit inqas minn sena. Jancer hija wkoll żeffiena u bdiet tipprattika ż-żfin minn età tenera ħafna: “Fil-fatt ta’ sena u disa’ xhur kisbet il-Malta Records tal-iżgħar żeffiena ta’ Malta,” fissret Joann.

Sport