Sar magħruf li l-attakkant internazzjonali Franċiż Mathys Tel ried jilgħab ma’ Tottenham Hotspur u mhux Manchester United u kien għalhekk li għażel li jmur fuq bażi ta’ self magħhom.
Il-kowċ Ange Postecoglou qal li jinsab kuntent bl-attitudni tal-plejer li mal-ewwel qal li hu disponibbli għal dak li jkollu bżonnu. Barra minn hekk, Tottenham għandhom l-għażla li jixtruh b’mod permanenti jekk jirnexxi.
Tel għandu 19-il sena u għadu jinsab taħt kuntratt ma’ Bayern Munich.