Wednesday, April 24, 2024

Matt O’Riley segwit minn Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool qed isegwu l-progress tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Celtic Matt O’Riley. Dan il-plejer għandu 21 sena u spikka ferm matul din is-sena 2022 mat-team minn Glasgowl tant li lagħab 20 partita u skorja erba’ goals. Il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp qed jogħġbu l-istil li bih jilgħab O’Riley u talab lid-diriġenti tiegħu sabiex jikkunsidrawh bħala wieħed mit-trasferimenti imminenti tagħhom.

O’Riley lagħab mat-team nazzjonali Ingliż fil-kategoriji ta’ taħt is-16-il sena u t-18-il sena filwaqt li issa għażel lit-team nazzjonali Daniż tant li lagħab fit-tim ta’ taħt il-21 sena minħabba li ommu hi Daniża.

Sport