Thursday, April 18, 2024

Matthew Degabriele se jikkontrolla l-partita bejn it-timijiet taż-żgħażagħ ta’ Maccabi Haifa u Juventus

Aqra wkoll

Ir-referee internazzjonali tal-FIFA, Matthew De Gabriele, u t-tim tiegħu se jkunu qed imexxu l-logħba tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Youth League, mir-raba’ ġurnata bejn Maccabi Haifa FC Youth tal-Iżrael Israel u Juventus Youth.  Il-partita hija skedata li tintlagħab għada t-Tlieta se fin-Netanya Stadium fl-Iżrael. 

De Gabriele se jkun mgħejjun minn Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri bħala l-Assistenti Referees tiegħu, filwaqt li Nael Odeh ġie maħtur mill-Federazzjoni Iżraeljana bħala r-raba’ uffiċjal.  Il-Malta FA xtaqet twassal il-ferħ tagħha għal din il-ħatra internazzjonali u tawgura lil Matthew u lit-tim tiegħu ta’ uffiċjali tal-logħba lokali bl-aqwa xorti f’dan l-impenn internazzjonali.

Ekonomija

Sport